Lokali

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident f’B’Kara

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq il-Wied, B’Kara.

Minn informazzjoni li għandu netnews.com.mt is-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 28 sena minn B’Kara, ittieħed l-isptar ftit wara li seħħ l-inċident għall-ħabta tal-5.00pm. Iktar tard hu nstab li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Jidher li għal xi raġuni, il-mutur, tat-tip Peugeot Tweet kellu impatt ma’ karozza tat-tip Citroen C3 misjuqa minn mara ta’ 22 sena minn Marsascala.

Fuq il-post, minbarra l-ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar, waslu wkoll għadd ta’ membri tal-Pulizija.