Sport Sport Ieħor

Titħabbar il-mewt tal-aħwa Nenu u Sebastian Borg

Fl-aħħar jiem, tħabbret il-mewt tal-aħwa Nenu u Sebastian Borg li huma eks membri tal-klabb ta’ Qormi CC. Huma mietu fi spazju ta’ ftit jiem fl-età ta’ 81 u 71 sena rispettivament. Nenu Borg, flimkien ma’ Joseph Abela u Paul Attard kienu l-fundaturi ta’ Qormi Cycling Club fid-9 ta’ April.

Huma kienu mħeġġa minn għadd żgħir ta’ dilettanti taċ-ċikliżmu li jwaqqfu dan il-klabb li fl-ewwel snin tal-ħolqien tal-assoċjazzjoni Maltija taċ-ċikliżmu fost l-aktar attivi. Minkejja d-diffikultajiet kbar u bosta spejjeż, huma bdew il-klabb f’kamra żgħira f’ħanut tar-roti mmexxi mill-familja ta’ Nenu Borg. B’hekk iċ-ċikliżmu f’Ħal Qormi kiber ħafna, grazzi wkoll għas-suċċessi li bdew jiksbu ċ-ċiklisti tagħhom fit-tiġrijiet ewlenin lokalment.

Sebastian Borg kien wieħed miċ-ċiklisti ewlenin tal-bidu u anki rrappreżenta lil Malta f’diversi okkażjonijiet fosthom fil-logħob pre-Olimpiku li kien sar f’Munich fil-Ġermanja. Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu bagħtet il-kondoljazzjoni lill-familjari u lil Qormi Cycling Club.