Żewġ persuni jinsabu fil-periklu tal-mewt u ieħor indarab gravi wara inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Imrieħel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am, fejn jidher li t-tliet persuni kienu f’karozza sejrin fid-direzzjoni minn Ħ’Attard għal Ħal Qormi meta baqgħu deħlin f’arblu. Il-vittmi huma kollha rġiel.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet li tliet persuni l-isptar.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>