Wara li l-Ministru tal-Ġustizzja baqa’ jdur mal-lewża u ma qal xejn, u wara li l-Prim Ministru, li sab ma wiċċu sitwazzjoni li qisu ma kienx qed jsitenniha, ukoll ħarab kull domanda, din id-darba kien imiss lil Viċi Prim Ministru jara kif se joħroġ mill-għoqda li daħħalhom fiha l-Ministru Carmelo Abela.
Staqsejna lil Chris Fearne mistoqsija diretta – meta se ssir l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kif ġie ordnat li jagħmel il-Gvern wara r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa.
Madankollu il-Viċi Prim Ministru rreferiena biss għal dak li qal il-Prim Ministru. Fi kliem ieħor, ma qalilna xejn.
Ir-reazzjonijiet tal-Prim Ministru, tal-Viċi tieghu u tal-Ministru tal-Ġustizzja jagħtu l-impressjoni li ma kienux qed jistennewha l-istqarrija li għamel Carmelo Abela ġimgħatejn ilu meta qal li l-Gvern Malti se jordna inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Tant hu hekk li issa anke l-Viċi Prim Ministru Chris Fearne ma kellux il-ħila jagħti data għal din l-inkjesta.
Iktar tard kellna l-opportunità nistaqsu l-istess mistoqsija lill-Ministru Ian Borg, li wkoll konvenjentement għażel li jistaħba wara l-Prim Ministru.
Fir-rapport tas-26 ta’ Ġunju, il-Kunsill tal-Ewropa qal li din l-inkjestà għandha tissejjaħ fi żmien 3 xhur. It tlett xhur jiskadu fis-26 ta’ Settembru.
Sadanittant, il-Parlament hu aġġornat sas-7 t’Ottubru.
//= $special ?>