Formula 1 Sport

Hamilton jakkwista s-87 ‘pole position’ fil-karriera tiegħu

Mingħajr ma kien mistenni iċ-Champion tad-dinja Lewis Hamilton spiċċa fil-pole position meta wettaq l-aħjar ħin fil-provi għall-Grand Prix tal-lum li se jsir fil-Ġermanja. Minkejja li kellu żewġ poblemi mekkaniċi Hamilton irnexxielu jagħmilha biex kien qed jirbaħ is-87 pole fil-karriera tiegħu.

It-tim Taljan tal-Ferrari kien l-aktar wieħed veloċi fil-prattika f’Hockenheim, iżda problemi fil-magna għal waqqaf  lil Vettel biex jispiċċa fuq quddiem, wara s-sewwieq l-ieħor tal-Ferrari, Leclerc kellu problemi minħabba l-‘fuel’.

Vettel se jkollu jibda minn wara nett filwaqt li sieħbu Leclerc se jibda mill-10 post.  Fl-assenza taż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari, l-lider Hamilton ħa vantaġġ biex spiċċa l-ewwel post. Minkejja dan kontra s-soltu it-tim tal-Mercedes batew fil-ħeffa u ma’ Hamilton fuq quddiem hemm Max Verstappen tar-Red Bull u fit-tielet post Valtteri Bottas.

F’dik li hija ħeffa il-Mercedes ma bdewx mal-Ferrari, bil-karozzi l-ħomor jidhru li se jikkwalifikaw tajjeb b’dak li għamlu fis-sessjonijiet tal-prattika. Iżda dawn ma setgħux jaqbdu art fl-aħħar tas-sessjoni meta Vettel beda jirraporta nuqqas ta’ saħħa fil-magna tiegħu u meta daħal fil-‘garage’, il-mekkaniċi tal-Ferrari ma setgħux isolvu l-problema.

Din hija l-aħħar mill-problemi li dan l-aħħar beda jiffaċċa Vettel, li kien qed jistenna li jkun wieħed mis-sewwieqa li jispiċċa fuq quddiem f’pajjiżu, u jtemm sensiela ta’ telfiet li tmur lura sal-Grand Prix tal-Belġju f’Awwissu li għadda.

Fl-assenza ta’ Vettel, kien qed jidher li Leclerc se jkun il-favorit li jikseb it-tielet ‘pole position’ fil-karriera tiegħu, imma anke hawn kien hemm dewmien sa ma’ ħareġ mill-gabina (‘cockpit’), Hamilton approfitta.  

  1. Lewis Hamilton (Gbr) Mercedes GP    1min 11.767secs
  2. Max Verstappen (Ned) Red Bull                   1:12.113
  3. Valtteri Bottas (Fin) Mercedes GP                1:12.129
  4. Pierre Gasly (Fra) Red Bull                           1:12.180
  5. Kimi Raikkonen (Fin) Alfa Romeo Racing  1:12.538
  6. Romain Grosjean (Fra) Haas F1                    1:12.851
  7. Carlos Sainz (Spa) McLaren                         1:12.897
  8. Sergio Perez (Mex) Racing Point                  1:13.065