Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia appella b’mod qawwi u mill-iktar sinċier sabiex kulħadd imidd idejh għat-tibdil li jeħtieġ u t-tibdil bir-riformi biex il-Partit Nazzjonalista jissaħħaħ. Ddan wara li kiseb l-appoġġ ta’ 67% tal-Kunsill Ġenerali biex imexxi lill-PN sal-elezzjoni ġenerali li jmiss, u ġie kkonfermat Kap b’aktar minn żewġ terzi tal-voti. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom u pparteċipaw fil-votazzjoni, li juri li l-partit għadu ħaj.
Adrian Delia qal li se jagħti l-ogħla attenzjoni għall-vot tal-Kunsillieri li ma ħassewhomx komdi li jgħidu IVA u se jagħmel ħiltu kollha sabiex il-PN jkun partit b’saħħtu, fejn kulħadd iħossu parti u b’sehem attiv f’partit inklussiv. Huwa assigura lil dawk li vvutaw LE li se jirrispetta l-fehma tagħhom u l-messaġġ tagħhom li huma wkoll iridu partit b’saħħtu u kredibbli, filwaqt li stedinhom biex ikollhom fidi fil-partit, jagħtu sehemhom minn ġewwa u mhux minn barra u jkunu minn ta’ quddiem fir-riformi. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dawk li qalu IVA wkoll qed jgħidulu li għandu jagħmel sforzi sabiex il-Partit Nazzjonalista jissaħħaħ għall-ġid tal-pajjiż u dan b’deċiżjonijiet sodi.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li se jkun qed jaħdem biex isiru r-riformi biex il-partit jiġġedded u dawk kollha ta’ rieda tajba jkollhom l-opportunità li jaħdmu. Huwa qal li l-Kunsillieri urew l-imħabba u l-impenn biex il-PN joħroġ mid-diffikultajiet u jimbarka fuq il-missjoni tiegħu fil-pajjiż b’mod effettiv. Adrian Delia qal li minn issa rridu naħdmu flimkien biex nerġgħu nagħtu l-PN lin-nies u b’saħħtu mill-ġdid.
//= $special ?>