Lokali

Adrian Delia kkonfermat Kap b’aktar minn żewġ terzi tal-voti

Il-Kunsill Ġenerali tal-PN jrid lil Adrian Delia jmexxi lill-partit għall-elezzjoni ġenerali

Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista kkonferma lil Adrian Delia bħala Kap tal-partit meta wieġeb għad-domanda “Inti trid li Adrian Delia jibqa’ jmexxi l-Partit Nazzjonalista sal-elezzjoni ġenerali li jmiss?.”

Għal din l-elezzjoni ivvotaw 92% tal-Kunsillieri, b’67% jgħidu IVA u 32% jgħidu LE. 22 vot kienu invalidi. Għal din il-votazzjoni kienu eleġibbli li jivvutaw 1,496 Kunsillier, li minnhom ivvutaw 1,380 Kunsillier.

Dan ifisser li Adrian Delia ġab aktar minn żewġ terzi tal-voti meta kien jeħtieġ biss 50% +1.

Adrian Delia żied b’50% il-voti  li kien ġab fl-2017 meta ġie elett Kap. Adrian Delia kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista f’Settembru tal-2017 wara li fl-ewwel stadju ġab 45% tal-voti fil-Kunsill Ġenerali, u fit-tieni stadju ġab 52.7% tal-vot mit-tesserati. 

Ritratt: Joseph Galea