Vincenzo Nibali kien stupend u rebaħ l-20 stadju tat-Tour de France iżda żgur li l-aħbar prinċipali minn din il-kompetizzjoni taċ-ċiklizmu kienet ta’ Egan Bernal li prattikament huwa r-rebbieħ tat-Tour de France. Minjejja li jrid jasal sal-‘finish line’ f’Pariġi għada… issa huwa lest li jikteb l-istorja u jsir l-ewwel Kolombjan li jirbaħ it-titlu li se jiehu m’ghand il-kolloega fit-tim Ineos Geraint Thomas.
B’mod drammatiku Julian Alaphilippe, li ddomina dan it-Tour kważi sa mill-bidu tilef kollox u dan wara li fl-aħħar jien beda wkoll juri li qed jaqta’ lura. Bernal ta’ 22 sena se jkun l-aktar ċiklist żagħżugħ għal 110 sena f’dan it-Tour, b’sieħbu tal- Ineos Geraint Thomas jispiċċa t-tieni hekk.
L-Olandiż Steven Kruijswijk tela’ t-tielet hekk kif Julian Alaphilippe baqa’ ħafna lura. It-tellieqa tal-bieraħ li spiċċat f’Val Thorens, rat lil Nibali jirbaħ b’10 sekondi fuq l-Ispanjol Alejandro Valverde. Għada t-tellieqa li tkun waħda ta’ formalità tintemm fiċ-ċentru ta’ Pariġi.
Kif jinsabu wara l-20 stadju
1. Egan Bernal (Col/Ineos) 79hrs 52mins 52secs
2. Geraint Thomas (GB/Ineos) +1min 11secs
3. Steven Kruijswijk (Ned/Jumbo-Visma) +1min 31secs
4. Emanuel Buchmann (Ger/Bora-Hansgrohe) +1min 56secs
5. Julian Alaphilippe (Fra/ Deceuninck-Quick Step) +3mins 45secs
6. Mikel Landa (Spa/Movistar) +4mins 23secs
7. Rigoberto Uran (Col/EF Education First) +5mins 15secs
8. Nairo Quintana (Col/Movistar) +5mins 30secs
9. Alejandro Valverde (Spa/Movistar) +6mins 12secs
10. Warren Barguil (Fra/Arkea-Samsic) +7mins 32secs
//= $special ?>