Lokali

Illum jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-Partit Nazzjonalista

Illum, fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, se jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali Straordinarju, li kien imsejjaħ mill-Kap tal-Partit Adrian Delia meta invoka Artiklu 30 tal-Istatut.

Minbarra d-diskorsi, matul dan il-Kunsill Ġenerali, il-Kunsillieri preżenti se jivvotaw għall-mistoqsija proposta minn Adrian Delia u approvata mill-Kumitat Eżekuttiv.

Is-sessjoni Straordinarja tal-Kunsill Ġenerali tibda għall-ħabta tad-9.30am, bil-votazzjoni tibda madwar nofsiegħa wara – fl-10am – u tibqa’ għaddejja sas-6pm.

Fl-għeluq tal-votazzjoni, imbagħad, jibda l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni u l-għadd tal-voti. Eliġibbli huma madwar 1,500 Kunsillier tal-Kunsill Ġenerali, li madwar 500 minnhom diġà pparteċipaw fl-elezzjoni bikrija tal-Erbgħa waranofsinhar.

Fis-sessjoni Straordinarja tal-lum, se jsiru għadd ta’ diskorsi, b’NET Television, NET FM u l-portal NETnews.com.mt se jżommkom aġġornati b’dak kollu li jkun qed jiġri.