Sport Waterpolo

L-Italja Champions tad-dinja tal-waterpolo għar-raba’ darba

L-Italja saru Champions tad-dinja tal-waterpolo għar-raba’ darba meta b’wirja impekabbli għelbu lil Spanja 10-5. L-Italja kienu superjuri għall-Ispanjonli biex b’hekk pattew għat-telfa li huma ġarrbu kontrihom fil-kampjonati Ewropej li kienu saru f’Barcelona, s-sena l-oħra. Dak inhar l-Ispanjoli kienu għelbuhom b’mod kontroversjali.

Wara li l-ewwel sessjoni kien wieħed bilanċjat it-Taljani ħarbu bil-partita biex rebħu b’ħames gowls vantaġġ. It-tim kollu Taljan magħruf bħala ‘Sette Bello’ kellu prestazzjoni mill-aqwa fejn iddistingwa ruħu wkoll dak li huwa meqjus bħala l-aqwa gowlkiper tad-dinja Marco Del Lungo, li jilgħab ma’ Civitavecchia. L-Italja huma mmexxija mill-kowċ bravu u eks still tat-tim nazzjonali Taljan Sandro Campagna