Matul il-jum tas-Sibt, tħabbret il-mewt ta’ Paul Clough, antropologu u lettur tal-antropoloġija fl-Università ta’ Malta.
Prof. Clough gradwa mill- Università ta’ Oxford u preżentament għallem fid-Dipartiment tal-Antropoloġija fil- Fakultà tal-Arti. Hu kien interessat partikolarment fl-Ekonomija Politika u fl-Antropoloġija Ekonomika
Kien ukoll l-editur eżekuttiv tal-International Journal of Mediterranean Studies.
Il-Fakultà tal-Arti, permezz ta’ facebook, esprimiet id-dieqa tagħha b’din l-aħbar.
//= $special ?>