“Irid ikun hemm soluzzjonijiet olistiċi oħra li juru ċertu impenn minn awtoritajiet oħra. “Billi sempliċement twessa’ t-toroq, ma tistax issolvi l-problema tal-kwalità tal-arja” – Kien dan il-kliem ta’ Victor Axiaq, iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi – l-ERA.
Madanakollu, hu vvota favur il-proġett kontroversjali tas-Central Link fejn qal li kienet waħda mill-iktar deċiżjonijiet diffiċli li kellu jieħu kemm ilu fuq il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, imma huwa jinsisti li din id-deċiżjoni ħadha fl-interess nazzjonali.
Intervistat minn Albert Galea mill-Malta Indipendent on Sunday dwar id-deċiżjoni kontenzjuża tiegħu li jivvota favur il-proġett Central Link, anke jekk dan se jara l-qerda ta’ 48,000 metru kwadru ta’ art agrikola u ta’ aktar minn 500 siġra, li aktar minn nofshom huma protetti, Axiaq qal li l-ERA kienet ikkunsidrat il-fatt li s-sitwazzjoni kurrenti twassal għall-imblokk sal-2028 u ddeterminat li minn lat ambjentali, dan ma kienx aċċettabbli minħabba l-problemi li tista’ tikkawża minħabba l-kwalità tal-arja ta’ Malta.
Huwa nnota li l-ERA kienet għamlitha ċara wkoll għall-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li t-twessigħ tat-toroq waħdu ma jsolvix il-problemi tal-kwalità tal-arja u tat-traffiku tal-gżira.
Il-president tal-ERA ġie mitlub ukoll għall-opinjoni tiegħu dwar kif Malta qed tittratta l-ambjent tagħha, fosthom dwar il-proġett kontroversjali tad-db f’Pembroke, li hu kien vvota favur.. Mistoqsi jekk huwx se jagħmel l-istess kif dan il-każ jerġa’ jidher quddiem il-bord… Axiaq ma kkummentax.
Fl-aħħar ġranet il-Partit Nazzjonalista qal li il-pożizzjoni ta’ Victor Axiaq m’għadiex aktar tennibli iżda meta mistoqsi mill-gazzetta Indipendent dwar jekk huwx se jirreżenja hu qal li se jħalli f’idejn il-Ministru li appuntah.Axiaq ikkonferma li l-ERA m’għandiex biżżejjed nies biex twettaq xogħolha kif suppost.
//= $special ?>