Fl-istaġun tas-sajf il-biċċa l-kbira tal-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin jiċċelebraw il-festa tal-patrun jew patruna tagħħhom għat-tgawdija ta’ ħafna mir-residenti.
Sfortunatament dawn il-festi ftit li xejn ikunu jistghu jitgawdew minn anzjani, l-aktar dawk b’mobilita’ limitata li jkun jgħixu f’dar tal-anzjani.
Kien għalhekk li CareMalta, l-operaturi tad-dar Casa San Paolo f’Buġibba, ħasbu li jiġbru flimkien l-ingridjenti kollha li jagħmlu festa tradizzjonali Maltija għat-tgawdija tar-residenti li jgħixu f’din id-dar.
Bl-għajnuna tal-ħaddiema, voluntiera u tar-residenti infushom partijiet mid-dar gew trasfromati għall- avveniment tradizzjonali magħrufa bħala l-Festa ta l-Irħula.
Din l-attivita’ kellha l-iskop li ġġib memorji sbieħ lir-residenti kif ukoll tippromovi l-anzjanita’ attiva. L-avveniment ġie organizzat minn CareMalta bl-ghajnuna ta voluntiera, ħaddiema u bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-kważi mitejn residenti ta Casa San Paolo.
Saru ħafna thejjijiet u ħidma għal din il-festa biex kienet waħda ta suċċess. Saru diversi dekorazzjonijiet assoċjati ma festa tradizzjonali Maltija mad-dawra tal-pixxina ta din id-dar.
U kien hemm għażla wiesgħa ta’ ikel u xorb tradizzjonali kif ukoll ma naqsux il-marċijiet mill-banda li ghamlet atmosfera sabiħa ta briju u ferħ li ġedded ħafna memorji sbieħ lir-residenti.
Din il-festa tifforma parti mill-Programm Anzjanita’ Attiva organizzat minn CareMalta għal-1,600 resident li għandha taħt il-kura tagħha.
//= $special ?>