Kelliema għall-Gvern Iranjanwissew li kwalunkwe koalizzjoni ta’ bastimenti mill-Ewropa għar-reġjun tal-Golf għandha twassal messaġġ ostili, f’dawn iċ-ċirkustanzi delikati.
Dan meta Franza, l-Italja u d-Danimarka esprimew appoġġ inizjali għall-pjan tar-Renju Unit rigward missjoni navali – taħt tmexxija Ewropea – biex taċċerta s-sigurtà tal-vapuri, inklużi t-tankers taż-żejt, li jridu jgħaddu mill-Baħar ta’ Hormuz.
Il-proposta saret wara li l-Iran, jiem ilu, ħataf il-kontroll ta’ tanker li kien qed ibaħħar taħt bandiera Britannika.
Il-kelliema f’Tehran, sadanittant, sostnew li l-preżenza ta’ flotta mill-Ewropa fil-Golf Persjan għandha titqies bħala azzjoni provokattiva waqt li sservi biex iżżid it-tensjoni.
Il-President tal-Iran, Hassan Rouhani, sadanittant, irrefera mill-ġdid għall-inċident li seħħ, kmieni dan ix-xahar, ‘il hinn minn Ġibiltà, u li fih il-Britanniċi kienu ħatfu tanker taż-żejt tal-Iranjani. Ir-Renju Unit qed jinsisti li t-tanker inkwistjoni kien qed jabbuża s-sanzjonijiet imposti fuq is-Sirja, iżda Rouhani qal li l-ħtif tat-tanker kienet azzjoni illegali ‘li mhix se tiswa ta’ ġid lir-Renju Unit’.
//= $special ?>