Sport Sport Ieħor

Is-sitt rebħa ta’ Glenn Boko fil-Premier

(Ritratt: Malta Trot Racing)

Rapport: Kenneth Vella

F’idejn, Rodney Gatt, Glenn Boko rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ġimgħa tard filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlet parti mid-39 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott.

Disa’ żwiemel ħadu sehem fit-tiġrija tal-ogħla klassi. Visconti, ta’ Jesmar Gafà, kien l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir mid-debuttant Voila Ecus (Salvu Cutajar) u Zonguldak (Charles Camilleri).

Madankollu meta ż-żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali, ġie l-attakk fuq in-naħa ta’ barra ta’ Glenn Boko (Rodney Gatt) li qabeż lil Visconti fuq il-linja finali. Un Amour Du Pont (Andrew Farrugia) u Global Oracle (Noel Baldacchino) daħlu warajhom f’dik l-ordni.

Ta’ min wieħed jinnota li għal Glenn Boko din kienet is-sitt rebħa staġjonali u t-tieni waħda konsekuttiva. Għas-sewwieq Rodney Gatt, ir-rebħa fil-klassi Premier kienet it-tielet waħda tas-serata.

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Dakota Atout (M. Mifsud) Ħin – 2.48.3” (1.18.6”) 2. Alsace In (D. Ellul) 3. Ego Sanna (R. Gatt) 4. Global Power (D. Grima)

II Tiġrija Klassi Bronze B. Dist – 2140m. 1. Devil Boko (K. Saliba) Ħin 2.44.6” (1.16.9”) 2. Artagnan Du Bois (Ch. Gauci) 3. Verbier (J. Farrugia) 4. Urgande Nay (C. Cassar)

III Tiġrija Bronze A. Dist – 2140m. 1. New Moon Pellini (J. Farrugia) Ħin – 2.44.5” (1.16.9”) 2. A Trois De Botz (M. Cauchi) 3. Ricky Rock (M. Farrugia) 4. Arry Lindon (E. Attard)

IV Tiġrija Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Artiste d’Alice (O. Cauchi) Ħin – 2.44.9” (1.17.1”) 2. Peanut Butter (R. Magro) 3. Look Twice (K. Galea) 4. First Express (M. Desira)

V Tiġrija Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Ellipsis Am (R. Gatt) Ħin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. Danseuse For Ever (J. Gafà) 3. Born To Gis (C. Agius) 4. Vidalgo Blue (P. Galea)

VI Tiġrija Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Maryland (R. Gatt) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Jaccaroo (A. Farrugia) 3. Valawi (R. Magro) 4. Happy Ours (J. Spiteri)

VII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Vent Des Aunay (N. Baldacchino) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) Vermouth Des Pres (S. Cortis) 3. Santiagp Kyu (R. Gatt) 4. A Nous Bosdarros (A. Farrugia)

VIII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Glenn Boko (R. Gatt) Ħin – 2.40.8” (1.15.1”) 2. Visconti (J. Gafà) 3. Un Amour Du Pont (A. Farrugia) 4. Global Oracle (N. Baldacchino)

IX Tiġrija Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. True Wise As (J. Briffa) Ħin – 2.46” (1.17.6”) 2. Vibrato Eleven (R. Gatt) 3. Midnight Passion (E. Bezzina) 4. Atoll Du Sud Ouest (P. Galea)