Lokali

Jiġbru ammont kbir ta’ skart f’clean up spontanja waqt il-protesta

Diversi attivisti, inkluż ħafna żgħażagħ, qattgħu l-ħin tal-protesta ta’ dalgħodu kontra l-proġett ta’ Central Link biex inaddfu l-ambjent ta’ madwarhom.

Mill-widien li jdawru ż-żona f’Ħ’Attard, fejn se jinqerdu mijiet ta’ siġar u għexieren ta’ għelieqi, kif ukoll mill-ġenb tat-toroq milquta inġabar ammont kbir ta’ skart.

Huma ġabru l-iskart kollu f’boroż apposta biex jinġabar mill-kolletturi tal-iskart u jitneħħa mill-ambjent darba għal dejjem.