Futbol Sport

Jitilfu Arsenal, Liverpool u Milan

(Ritratt: EPA)

Arsenal, Liverpool u Milan spiċċaw fuq in-naħa telliefa hekk kif kompliet il-preparazzjoni ta’ diversi timijiet qabel l-istaġun kompetittiv. Milan tilfu 1-0 f’logħba mill-International Champions Cup kontra Benfica f’Gilette Stadium. Il-gowl rebbieħ wasal fis-70 minuta b’xutt tal-eks Adel Taarabt li kien imxellef minn Lucas Biglia u qarraq b’Pepe Reina, f’logħba li Milan kellhom diversi okkażjonijiet u anki laqtu l-lasta.

Liverpool tilfu 3-0 kontra Napoli f’partita ta’ ħbiberija f’Murrayfield. Lorenzo Insigne fetaħ l-iskor wara 18-il minuta, b’Arkadiusz Milik jirdoppja fid-29 minuta. Amin Younes għamilhom tlieta fit-52 minuta.

Arsenal tilfu 2-1 kontra Olympique Lyon. Pierre-Emerick Aubameyang fetaħ l-iskor għal Arsenal fil-35 minuta sakemm Moussa Dembele dawwar l-iskor b’doppjetta fis-66 u s-76 minuta.