Sport Waterpolo

Marsaskala jbatu biex jgħaddu għas-semifinali

TA’ XBIEX AMIGOS……………….. 7 MARSASKALA FISH AND FISH………… 9

(4-3), (2-2), (1-1), (0-3)

Marsaskala Fish and Fish kellhom ibatu iżda finalment għaddew għas-semifinali tan-knock-out anki jekk bi ftit kontroversja. Dan minħabba li Ta’ Xbiex Amigos appellaw tal-anqas darbtejn li konklużjonijiet tagħhom qabżu l-linja, iżda fl-assenza tal-goal judges, kienu r-referees li ħadu d-deċiżjoni finali. Fis-semifinali Marsaskala jilagħbu kontra Otters.

Ta’ Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni 4-3, b’Nenad Kacar ipoġġi lit-tim tiegħu minn fuq lejn l-aħħar tas-sessjoni wara li Marsaskala kienu wieġbu tliet darbiet għall-gowls tal-avversarji.

Fit-tieni sessjoni, Ta’ Xbiex baqgħu aħjar mill-avversarji u fetħu vantaġġ doppju permezz ta’ Kacar, iżda Marsaskala wieġbu b’żewġ gowls konsekuttivi ta’ Luca Felice u Konstantin Averka. Dan sakemm Niccolo Gitto daħħal lil Ta’ Xbiex gowl vantaġġ fil-ħin tal-mistrieħ.

Il-vantaġġ reġa’ rdoppja għal Ta’ Xbiex fit-tielet sessjoni permezz ta’ Kacar, sakemm Kristijan Milakovic naqqas id-distakk, f’sessjoni li kompliet toħroġ id-diffikultà ta’ Marsaskala li jieħdu l-kontroll tal-logħba f’idejhom.

Ta’ Xbiex ipprotestaw fil-bidu tal-aħħar sessjoni għal gowl li fl-assenza tal-goal judges ġie ġġudikat mir-referee Ronnie Spiteri li l-ballun ma daħalx kollu. Minuta wara Milakovic ġab id-draw. Marsaskala rebħu b’żewġ gowls ta’ Jan Culic, it-tnejn li waslu minn superjorità numerika.

Ta’ Xbiex: Z. Sciberras, R. Greco, M. Demarco, N. Schiavone, M. Carani, S. Azzopardi, D. Fenech (2), N. Saliba, N. Kacar (3), G. Sammut, K. Tanti, N. Gitto (2), A. Theuma, J. Saliba

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, M. Manara, M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro, K. Milakovic (2), K. Averka (1), J. Culic (4), R. Attard, M. Borg, L. Felice (1), J. Ciantar

Referees: Ronnie Spiteri, Raffaele Colombo