Raġel ta’ 35 sena residenti Ħaż Żabbar qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara inċident li seħħ għall-ħabta tas-2:20am fi Triq iż-Żejtun Marsaxlokk.
Ir-raġel ta’ 35 sena kien passiġġier f’vettura misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti Ħaż Żabbar, li għal xi raġuni mhix magħrufa tilfet il-kontroll tal-vettura tat-tip KIA u b’konsegwenza t’hekk seħħ impatt ma’ ħajt fl-istess triq u nqalbet.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>