Sport Waterpolo

Sliema u Sirens jaqsmu l-punti u 16-il gowl bejniethom f’logħba mill-isbaħ – San Ġiljan jirritornaw għar-rebħ

Sirens……………………….. 8 Sliema………………………. 8

(2-1, 3-1, 0-3, 3-3)

Rimonta Slimiża f’partita mill-isbaħ, b’Sirens u Sliema jispiċċaw fi draw ta’ 8-8. Żewġ tims li qegħdin juru titjib konsiderevoli minn partita għall-oħra. M’hemmx dubju li dawn se jkunu żewġ sfidanti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat fi tmiem l-istaġun bis-Sliema, l-aktar tim li rebaħ unuri fil-waterpolo Malti jippruvaw jirbħu l-kampjonat sajfi wara assenza ta’ 10 snin.

F’din il-partita t-Taljan, Valentino Gallo wera xi jsarraf fejn mhux biss skorja “hat-trick’ imma kien ta’ uġiegħ ta’ ras kontinwu għas-Slimiżi. Partita tajba wkoll kellu l-goalkeeper tat-tim nazzjonali Malti Nicky Grixti (fir-ritratt), li għal diversi drabi salva lis-Sirens minn goals ċerti b’saves mill-isbaħ.

Sirens bdew aħjar u rebħu l-ewwel ses­sjoni 2-1, b’gowls ta’ Valentino Gallo, u l-eks Edward Aquilina iċ-Ċoċċi, filwaqt li Michael Spiteri Staines wieġeb għas-Slimiżi.

Fit-tieni sessjoni, it-team minn San Pawl il-Baħar kompla fejn ħalla fl-ewwel sessjoni u din id-darba rebaħha bl-iskor ta’ 3-1, b’Valentino Gallo, tnejn, t-minn penalty, u għal darba oħra Edward Aquilina biex issa l-iskor sar 5-2. Il-liders hawn deheru li se jkomplu għaddejjin, b-Ungeriż Norbert Hoznyansky jiskorja l-uniku gowl għal Sliema.

Sliema għamlu rimonta mill-aqwa fit-tielet sessjoni, sessjoni li huma rebħu bl-iskor ta’ 3-0, bl-awturi tal-gowls ikunu Gavril Subotic, Jacob Sciberras u Liam Galea.

Sliema setgħu marru fil-vantaġġ ukoll iżda fallew penalty mogħti minn Norbert Hoznyansky hekk kif dan ra lill-bravu Nicky Grixti jsalva bi bravura.

Ftit wara, Sirens sofrew daqqa ta’ ħarta meta fuq’ karta ħamra diretta tkeċċa l-player Taljan ta’ Sirens Christian Presciutti. Huwa deher jgħaddi xi rimar­ki fil-konfront tar-referee, Raffaele Colombo.

L-aħħar sessjoni spiċċat fi draw ta’ 3-3 bil-goals għal Sirens jaslu minn John Brownrigg, Luke Caruana u Isaiah Riolo. Għal Sliema wieġbu Mark Meli, Jacob Sci­berras u Norbert Hoznyansky.

Sirens: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Zerafa Gregory, 3-Christian Presciutti, 4-Paul Privitera, 5-Marc Grech, 6-John Brownrigg (1), 7-Isaiah Riolo (1), 8-Valentino Gallo (3), 9-John Napier, 10-Edward Aquilina (2), 11-Luke Caruana (1), 12-Matthew Sciberras, 13-Gianni Galea Curmi – Coach: Sasko Popovski

Sliema: 1-Joseph Parnis, 2-Jerome Gabarretta, 3-Gavril Subotic (1), 4-Jacob Sciberras (2), 5-Mark Meli (1), 6-Norbert Hoznyansky (2), 7-Michael Spiteri Staines (1), 8-Liam Galea (1), 9-Benji Cachia, 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi, 12-Nicholas Bugelli, 13-Miguel Vassallo – Coach: Sergio Afric

Referees: Mario Dalli u Raffaele Colombo

Fil-partita l-oħra tal-Premier San Ġiljan irritornaw għar-rebħ wara erba’ telfiet infila, tliet fil-kampjonat u waħda fin-knock-out meta għelbu lil Exiles 19-14. Il-gowls ta’ San Ġiljan ġew minn Niksa Dobud li skorja ħamsa, Ben Plumpton li kien qed jagħmel ir-ritorn wara s-sospensjoni erba’, Guillermo Molina tlieta, Andreas Galea, Matthew Zammit u Dino Zammit tnejn kull wieħed u gowl ieħor ta’ Tristan Said.

Għal Exiles skorjaw Milos Vukicevic sitta, Timothy Sullivan tlieta, Michele Stellini u Marco Jelaka tnejn kull wieħed u gowl ta’ Mark Fenech. San Ġiljan urew titjieb fuq l-aħħar partiti kif għamlu San Ġiljan li l-unika punt li kisbu sa issa fil-kampjonat ġabuh kontra l-istess Ġiljaniżi bl-iskor ta’ 11-11.

San Ġiljan: Jake Tanti, Ben Grech, 2-Andreas Galea, 5- Niksa Dobud, 3-Guillermo Molina, 2-Matthew Zammit, – 4-Ben Plumpton, Kai Dowling, 1-Tristan Said, Darren Zammit, Paul Fava, 2-Dino Zammit, Thomas Micallef – Coach: Marko Orlovic

Exiles: Max Martin, 2- Michele Stellini, Andrew Magri, 2-Marko Jelaka, 3-Timothy Sullivan, Sean Xerri De Caro, 1-Mark Fenech, Kurt Griscti, 6-Milos Vukicevic, Aurelein Cousin, Nicky Paris, Philip Paris, Matthew Castillo

Referees: Peter Balzan u Fabio Ricciotti