Futbol Sport

Spanja Champions tal-Ewropa tal-Under 19

Spanja huma ċ-Champions Ewropej fis-settur ta’ taħt id-19-il sena meta grazzi għal doppjetta ta’ Ferran Torres huma għelbu lil Portugall 2-0 f’dan id-derby Iberiku.

Torres skorja b’volley mill-isbaħ fl-34 minuta biex fil-51 minuta daħal tajjeb fil-kaxxa għal kross biex issiġġilla r-rebħa għall-Ispanjoli.

Din kienet il-11-il darba li Spanja rebħet din il-kategorija, fejn ta’ min isemmi wkoll li ftit tal-ġimgħat ilu huma rebħu wkoll il-kategorija ta’ taħt il-21 sena.

Dan is-suċċess iffisser li Spanja qabżu lill-Ingilterra bħala n-nazzjon li l-aktar li rebaħ unuri f’din il-kategorija. Il-Ħadd, 28 ta’ Lulju se tintlagħab il-finali tan-Nisa taħt id-19 il-sena bejn Franza u l-Ġermanja, logħba li tibda fil-5pm.