Wara l-azzjoni tal-lum, l-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw mill-qalb lil kull min wera l-appoġġ tiegħu, speċjalment lil aktar minn 1000 ruħ li attendew illum.
Fl-istqarrija intqal li din l-azzjoni kienet għajta ċara minn grupp ċittadini b’messaġġ għall-mexxejja ta’ pajjizna:
“Ieqfu eqirduna”
L-ambjent tagħna mhuwiex frivolu. Il-kwalità tal-ħajja hija dipendenti fuqu, u saħħitna qiegħda tiġi mhedda.
Kemm se nifilħu naraw l-pajsaġġ Malti jaqla’ d-daqqiet ta’ ħarta għar-regħba tal-ftit?
‘Aħna grupp ċittadini affiljat ma’ ebda partit’
Żiedu jgħidu li l-unika ħaġa illi tgħaqqadhom hija tama għall-ambjent aħjar, għal pajjiż aħjar li fl-aħħar mill-aħħar se jirriżulta f’ħajja aħjar għal kull min jgħammar f’din il-gżira.
Stqarrew ukoll illi kien mill-isbaħ il-fatt li aħna stajna ningħaqdu biex inleħħnu l-messaġġ tagħna u nberrħu r-rabja tagħna għal dak li qed jiġri b’mod paċifiku.
Saħqu kif l-ambjent huwa verament għal kulħadd u mhux xi forza partiġġjana.
//= $special ?>