Sport Sport Ieħor

Andre Camilleri u Sarah Demicoli jkomplu jiddominaw il-kampjonat tal-Open Water Swimming

(Ritratt: Roberto Runza)

Ebda sorpriża f’Għar id-Dud, fl-aħħar tellieqa ta’ żewġ kilometri tal-kampjonat Arena Open Water Swimming. L-għawwiema li tul il-kampjonat kellhom posthom fuq il-podju, baqgħu jipproduċu riżultati konsistenti.

Andre Camilleri rebaħ it-tellieqa tal-irġiel filwaqt li Sarah Demicoli rebaħ it-tellieqa tan-nisa organizzata minn Birkirkara St Joseph Sports Club taħt l-awspiċi tal-ASA. Sam Fleri Soler u Robert Vella komplew il-podju tal-irġiel b’tal-ewwel ikun l-ewwel podju fid-debutt tiegħu.

Fit-tellieqa tan-nisa, Leah Satariano kisbet l-aħjar ħin tagħha għal din is-sena u temmet fit-tieni post, b’Emilia Galea Testaferrata tispiċċa t-tielet fl-ewwel parteċipazzjoni tagħha.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali tal-Kunsill Lokali Michael Fenech Adami preżenta t-trofew lir-rebbieħa overall u ta’ diversi kategoriji kif ukoll il-midalji lill-għawwiema li spiċċaw it-tellieqa. Il-Kumitat organizza din it-tellieqa bħala parti mill-isforzi biex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni filwaqt li titqajjem kuxjenza dwar attivitajiet sportivi madwar pajjiżna.

L-aħħar tellieqa hi skedata li ssir nhar l-Erbgħa 31 ta’ Lulju u tibda fil-5.00pm. L-għawwiema se jirritornaw lura lejn is-Salina għal tellieqa ta’ erba’ kilometri. Din it-tellieqa se sservi wkoll bħala tellieqa ta’ kwalifikazzjoni għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem fit-tellieqa bejn Malta u Għawdex. Ir-reġistrazzjonijiet jistgħu jsiru fuq is-sit www.bkarastjoseph.com jew sa siegħa qabel tibda t-tellieqa.

(Ritratt: Roberto Runza)
(Ritratt: Roberto Runza)
(Ritratt: Roberto Runza)