Lokali

Attakkata attivista li ssalva liż-żwiemel mill-qatla

Attivista żagħżugħa li b’mod volontarju ssalva liż-żwiemel mill-qatla, bħala parti mill-għaqda mhux governattiva RMJ Horse Rescue, allegatament sfat attakkata mis-sid li jikrilhom l-istalel.

Kawża ta’ dan l-inċident, li dwaru sar rapport lill-Pulizija, din l-organizzazzjoni kienet sfurzata tagħlaq il-bibien tagħha b’mod immedjat.

Kollox beda meta s-sidien tal-istalel avżaw lil din l-NGO li kienu se jgħollu l-kera b’mod immedjat, xi ħaġa li kienet diffiċli għal għaqda li diġà kienet qed issib problema biex topera b’mod volontarju.

Iżda meta RMJ Horse Rescue ħarġet dan l-avviż, eventwalment sar magħruf li s-sid li kien qed jikri kien qed jagħmel dan b’mod illegali. Dan għaliex il-post jinsab fuq art tal-Gvern li suppost kien jintuża bħala razzett għat-tiġieġ u li kien qed jinkera b’mod illegali lil terzi.

Dan wassal biex, skont l-istess għaqda, is-sit affronta lill-voluntiera tagħhom, qabadha minn għonqha, ġiet imbuttata u qalgħet xebgħa sakemm finalment salvawha voluntiera oħra.

L-NGO qalet li dan l-episodju segwa jiem ta’ theddid u provokazzjoni, b’mod speċjali mit-tfajla tas-sid tal-post. Dan għax, skont huma, l-għaqda kixfithom li kienu qed jikru l-post b’mod illegali.

Dan l-episodju jfisser li l-għaqda se jkollha tara x’se taghmel b’madwar 35 ziemel li tiehu hsieb, bil-futur taż-żwiemel li issa hu inċert iktar minn qatt qabel. \lsdp.