Lokali

Boroż tal-iskart f’Wied iż-Żurrieq… għal iktar minn 24 siegħa

Nies li tkellmu ma’ netnews.com.mt qalulna li f’Wied iż-Żurrieq, post turistiku li f’daż-żmien tas-sena jżuruh numru kbir ta’ turisti u Maltin, hemm ammont kbir ta’ boroż tal-iskart li ilhom hemm mis-siegħa ta’ filgħodu tal-Ħadd.

Diversi nies qed jilmentaw dwar ir-riħa tintenn li ħierġa minn dawn il-boroż. Wied iż-Żurrieq jaqa’ taħt il-Kunsill Lokali tal-Qrendi, għalhekk in-nies qed jitolbu spjegazzjoni għaliex dawn il-boroż tal-iskart inħarġu l-Ħadd u kif sa issa, iktar minn 24 siegħa wara, għadhom ma nġabrux.