Għal sena oħra, ser jittella’ l-Ispettaklu muzikali, Rockestra. Spettaklu li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jinġabru fondi li jmorru għall-Community Chest Fund
Id-Direttur artistiku ta’ Rockestra Pawlu Borg Bonaci stqarr li bħala tim, qed jaħdmu biex Rockestra kull sena tkun aqwa minn ta’ qabel minħabba li hu wieħed mill-akbar avvenimenti li jkollna f’Malta
Il-President ta’ Malta George Vella f’diskors qasir li għamel tkellem kif Rockestra jsir kemm biex jistabilixxi l-livell tat-talent Malti kif ukoll jingħaqqdu flimkien il-kultura u l-element filantropiku.
Preżenti għat-tnedija ta’ Rockestra, kien hemm id-Deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia ilii ħeġġet lill-pubbliku sabiex jagħti kontribut u jattendi għal din l-attivita’ filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha li se jkunu qed jieħdu sehem.
L-ghan prinċipali ta’ Rockestra huwa l-Malta Community Chest Fund…li tghin lin-nies li jkollhom bżonn l-għajnuna, l-iktar medika – Fondazzjoni li turina li apparti d-dinja fejn kulħadd huwa komdu u ferħan, tezisti wkoll dinja ta’ tbatija.Intant, min jaqta’ l-biljetti għal Rockestra fl-għaxar t’ijiem li ġejjien, se ikun jista’ jgawdi minn skont fil-prezzijiet.
//= $special ?>