Għall-ħabta tas-2:30pm ammont konsiderevoli ta’ flus insterqu minn stabbilliment li jagħmel parti mis-Suq tal-Belt.
Il-ħalliel jidher li ħarab minn fuq il-post b’vettura, bil-pulizija għaddejja bit-tfittixija għalih, fejn iktar tard, ir-raġel ġie arrestat f’Tas-Sliema
Jidher li r-raġel daħal f’wieħed mill-istabbilimenti u talab lill-impjegati sabiħ jagħtuh il-flus.
Malli ingħata l-flus, ir-raġel ħareġ mill-istabbiliment u rikeb f’karozza li kienet qed tistennih.
Il-Pulizija lemħet lir-raġel fl-Imsida, u aktar tard arrestatu f’Tas-Sliema.
Jidher li l-istabbiliment li nsteraq huwa ‘Burgers Ink’ u mifhum li nsterqu mas-€60,000. Il-flus għadhom ma nstabux.
//= $special ?>