Kumpanija li s-sid tagħha hu l-editur maniġerjali ta’ MaltaToday, Saviour Balzan, qed tagħmel il-flus billi sservi lill-Gvern u tirreklama l-proġett tas-Central Link.
Business 2 Business Ltd filfatt ingħatat direct order mill-Ministeru ta’ Ian Borg biex toffrilu servizzi relatati mal-midja.
Dan sar magħruf wara li s-sit LovinMalta ppubblika korrispondenza fejn aġent għall-kumpanija bagħat email jitlob li jirriklama filmat ta’ 45 sekonda u jitlob ukoll commision. L-email intbagħat bil-firma ta’ MaltaToday, ta’ Saviour Balzan.
Il-filmat li jrid jiġi riklamat hu propaganda li l-Gvern ilu għall-aħħar jiem jirriklama biex jipprova jtaffi l-kritika għall-proġett tas-Central Link li se jwassal għall-qerda ta’ mijiet ta’ siġar.
Dan l-aġir jikxef kunflitt ta’ interess kbir, iktar u iktar meta wieħed jiftakar li l-ġimgħa li għaddiet Saviour Balzan intervista lill-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Frederick Azzopardi.
Fl-ebda mument Balzan ma ddikjara li kellu kunflitt ta’ interess għax eventwalment kien qed jintervista lil klijent tiegħu.
Il-kumpanija ta’ Saviour Balzan ħadet konsulenza b’direct order għal iktar minn €29,000 sa minn Jannar tal-2018. Toffri wkoll konsulenza lil Transport Malta u lill-Ministru Ian Borg.
Dan apparti li l-istess Business 2 Business Ltd biegħet €53,000 f’riklamar lill-Malta Today u xtrat €114,000 f’riklamar lill-istess gazzetta fl-2017.
//= $special ?>