Futbol Sport

BĦALISSA: LIVE fuq Net TV Valletta v Ferencvaros

Il-partita mit-tieni leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League bejn Valletta u Ferencvaros qed tixxandar b’mod dirett fuq Net Television u NetOnDemand permezz tal-link: https://netondemand.mt/?autoPlay=1

Il-logħba qed tintlagħab fis-Centenary Stadium u qed tixxandar b’kummentarju ta’ Christian Micallef bil-kummenti tekniċi ta’ Konrad Sultana.

Valletta kienu jinsabu 3-0 minn taħt fil-Groupama Arena iżda gowl tad-debuttant Yuri Messias fil-85 minuta, fetaħ tama li l-Beltin jistgħu jwettqu rimonta diffiċli biex jikkwalifikaw għall-ewwel darba għat-tielet rawnd tal-UEFA Champions League.

Ir-rebbieħ ta’ dan il-konfront probabbilment jilgħab kontra Dinamo Zagreb wara li l-Kroati rebħu l-ewwel leg 2-0 kontra Saburtalo ta’ Georgia. It-tellief jgħaddi għat-tielet rawnd tal-UEFA Europa League kontra FC Santa Coloma tal-Andorra jew Astana.