Raġel minn Santa Luċia wieġeb mhux ħati li huwa attakka u fera ħafif lit-tfajla tiegħu hekk kif huma kienu sejrin lura d-dar minn “party”. Tarquin Barbara ta’ 24 sena, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5000.
Huwa wieġeb ukoll li mhux ħati li żammha taħt il-kustodja tiegħu. L-Ispettur Hubert Cini qal fil-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija sabu lil mara mweġġa’ ġewwa Santa Luċia.
Hija qalet lill-Pulizija li kienet sofriet xi ġrieħi wara li kienu irritornat lura minn ‘party’ il-Ħadd għall-ħabta tal-4.00 a.m. fejn kienet fil-kumpanija tal-akkużat, wara li t-tnejn kienu nvoluti f’argument.
L-Avukat Graziella Tanti, li deheret bħala l-Avukat tal-Għajnuna Legali għall-akkużat qalet li Barbara telaq mid-dar fejn kien qed jgħid mal-vittma. Il-Qorti ordat ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara.
T
//= $special ?>