Lokali

Sejba ta’ aktar minn €40,000 fi flus kontanti

Fil-jiem li għaddew, matul tfittxijiet li saru mid-Dwana Maltija fuq il-fruntiera, kemm bil-baħar kif ukoll bl-ajru, u f’diversi lokalitajiet, instabu €40,135 fi flus kontanti fi tliet każijiet differenti.

Instabu wkoll 22,677 sigarett, 5,966 basktijiet tal-plastik, 1,639 timbri tas-sisa mhux użati, 18-il kilo tabakk, 1,082 flixken ta’ xorb mhux alkoħoliku, 677 flixken ta’ nbid, u 113 flixken ta’ spirti.

L-Uffiċjali tal-Infurzar tad-Dwana wettqu tfittxijiet ta’ rutina f’Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, ir-Rabat, San Pawl il-Baħar, Ta’ Sliema, San Ġiljan u Paceville fejn f’diversi ħwienet instabu dawn l-oġġetti kollha għall-bejgħ.

Tags