Norveġiż ta’ 43 sena, residenti l-Belt ġie kundannat tliet xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ammetta li wettaq vjolenza domestika fil-konfront ta’ martu. Huwa ammetta li nhar is-Sibt li għadda bejn it-8.30 p.m. u 11.59 p.m. bagħat diversi messaġġi ta’ theddid lil mara tiegħu.
Huwa ammetta wkoll li hedded u nġurja lil martu u kkaġunalha biża bl-aġir tiegħu. Ammetta wkoll li bl-imġieba tiegħu kkaġuna biza mhux biss fuq martu imma anke fuq ommha u membri tal-familja.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ordnat ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-allegati vittmi għall-perjodu ta;’ tliet snin. L-Avukat Maria Camilleri deheret għan-Norveġiż. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Robert Vella.
//= $special ?>