Lokali

Tkompli r-rabja għall-proġett Central Link, jitkellem Edwin Vassallo

“It-triq mhux se tilħaq l-iskop li għalih qed jagħmilha dan il-Gvern”. Hekk stqarr id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fuq vidjo li tefa’ fuq il-midja soċjali lejliet il-protesta li saret kontra l-progett Central Link.

Huwa qal illi dan il-Gvern qed jgħid li ser jagħmel din it-triq biex tħaffef aktar il-piż tat-traffiku mit-triq diġa eżistenti, iżda dan mhux ser ikun il-każ…għaliex iżjed karozzi ser jiżdiedu fil-pajjiż minħabba li l-Gvern qed iġib aktar barranin.

Il-kelliem tal-PN ghall-Biedja iddeskriva dan il-progett bhala il-kapriċċ, li se jkun ta’ ħsara ambjentali, ħsara lill-bdiewa. Kapriċċ li jrid iħallas għalih dan il-Gvern bħalma se tħallas għalih il-komunita’ ta’ Ħ’Attard.

Edwin Vassallo insista li mhux biss ser jiżdied it-traffiku, iżda ser jiżdied ukoll it-tniġġiż tal-arja u l-mard.