Internazzjonali

Tliet persuni jinqatlu fi sparatura f’Kalifornja

Ritratt: Sky News

Tliet persuni tilfu ħajjithom filwat li diversi persuni ndarbu fi sparatura waqt festival tal-ikel li sar f’Kalifornja l-Istati Uniti.

S’sissa jidher li kien hemm madwar ħmistax-il persuna li weġġgħu f’dan l-inċident fejn ittieħdu l-Isptar għal iktar kura.

Persuna li sparat dawn it-tiri, inqatel mill-Pulizija filwaqt li mhuwiex ċar jekk hemmx it-tieni suspettat.

F’messaġġ fuq Twitter, il-President Amerikan Donald Trump appella għall-kalma u biex dawk preżenti ifittxu kenn.