Futbol Sport

Il-klabb ta’ Pique FC Andorra promoss għat-tielet diviżjoni

It-tim FC Andorra li tiegħu l-proprjetarju hu d-difensur ta’ Barcelona Gerard Pique, se jilgħab fit-Tielet Diviżjoni Spanjola wara li ħallas €452,022 biex jimla l-post vojt li ħallew Reus wara li kienu relegati minħabba problemi finanzjarji. Zamora, Jaen, Intercity u Linares kienu interessati wkoll f’dan il-post.

Il-klabb FC Andorra twaqqaf fl-1942 u ilu fis-sistema tal-kampjonat mill-1948. Huma nxtraw f’Diċembru li għadda mill-grupp Kosmos li hu proprjetà ta’ Pique. Dan il-grupp ħa t-tmexxija ta’ klabb li kien qed isibha diffiċli minħabba d-dejn fil-ħames diviżjoni, punt bogħod mir-relegazzjoni u 17-il punt bogħod mill-quċċata. Is-somma li tħallset kienet rikjesta mill-Federazzjoni Spanjola.

Tags