Irvellijiet fil-ħabs ta’ Altamira fil-Brazil ħallew 57 persuna mejta – 16 minnhom b’rashom iħanxra
Dawn l-imwiet huma l-aħħar minn sensiela li seħħew fil-pajjiż li qed jara episodji regolari ta’ vjolenza bejn gruppi rivali ta’ kriminali f’ħasbijiet iffullati.
L-irvellijiet damu għaddejjin madwar ħames sigħat u hu mifhum li bdew minn diżgwid bejn żewġ gruppi rivali ta’ kriminali waqt il-kolazzjon ta’ filgħodu. Mexxejja ta’ wieħed mill-gruppi ta’ kriminali taw in-nar lil partijiet tal-ħabs biex iżommu lill-awtoritajiet milli jintervjenu.
In-numru tal-vittmi ta’ dawn l-irvelljiet jista’ jkompli jikber hekk kif għadhom qed isiru tfittxijiet fil-ħabs.
Sa issa ma nstabux armi tan-nar u hu mifhum li fl-attakk intużaw biss skieken.
Ħadd mill-ħaddiema tal-ħabs ma weġġa’ f’dawn l-irvellijiet.
//= $special ?>