Internazzjonali

57 mejta f’irvellijiet f’ħabs fil-Brażil

Ritratt: Jersey Evening Post

Irvellijiet fil-ħabs ta’ Altamira fil-Brazil ħallew 57 persuna mejta  – 16 minnhom b’rashom iħanxra

Dawn l-imwiet huma l-aħħar minn sensiela li seħħew fil-pajjiż li qed jara episodji regolari ta’ vjolenza bejn gruppi  rivali ta’ kriminali f’ħasbijiet iffullati.

L-irvellijiet damu għaddejjin madwar ħames sigħat u hu mifhum li bdew minn diżgwid bejn żewġ gruppi rivali ta’ kriminali waqt il-kolazzjon ta’ filgħodu. Mexxejja ta’ wieħed mill-gruppi ta’ kriminali taw in-nar lil partijiet tal-ħabs biex iżommu lill-awtoritajiet milli jintervjenu.

In-numru tal-vittmi ta’ dawn l-irvelljiet jista’ jkompli jikber hekk kif għadhom qed isiru tfittxijiet fil-ħabs.

Sa issa ma nstabux armi tan-nar u hu mifhum li fl-attakk intużaw biss skieken.

Ħadd mill-ħaddiema tal-ħabs ma weġġa’ f’dawn l-irvellijiet.