Illum il-Pulizija t’Għawdex ressqet b’arrest il-Qorti, quddiem il-Maġistrat Paul Coppini, raġel ta’ 35 sena mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq. Hu kien akkużat li lbieraħ, ftit wara nofs il-lejl, ikkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq mara ta’ 36 sena, ħebb għaliha u heddidha fost oħrajn.
Il-każ seħħ f’residenza privata fir-Rabat Għawdex.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Hu qiegħed jinżamm fil-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin.
//= $special ?>