Fl-aħħar jiem ġew innutati iktar persuni rieqdin barra; din id-darba fi Ġnien tal-Mall, fil-Furjana.
Il-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, Justine Palmier ikkuntatjaw lil din il-Kamra tal-Aħbarijiet fejn saħqet li kemm-il darba ġew innotati persuni li qattaw l-iljieli f’dan il-ġnien. Fir-ritratt li waslilna, jidher biċ-ċar persuna rieqda fuq wieħed mill-bankijiet mgħotti b’liżar abjad.
“Jiena bhala kunsilliera qed inħoss il-beżgħat tar-residenti, b’mod partikolari l-anzjani,” saħqet Justine Palmier filwaqt li żiedet tgħid, “Dan eżempju ċar li l-impatt fuq is-sigurità qed ikompli jiżdied u l-biża’ qed timbet.”
Minkejja li din is-sitwazzjoni ilha tiġi nnotata f’dawn l-aħħar xhur jidher li l-ebda għajnuna ma ngħatat mill-Gvern; għajnuna kemm għal dawn il-persuni li jidher li m’għandhomx saqaf fuq rashom u lanqas għajnuna biex ir-residenti jħossuhom iktar siguri fil-lokalità tagħhom.
//= $special ?>