Everton laħqu ftehim ma’ Juventus biex jakkwistaw lil Moise Kean għal €30 miljun, somma li tista’ titla’ għal €40 miljun. L-internazzjonali Taljan ta’ 19-il sena jista’ jkollu salarju ta’ madwar €60,000 fil-ġimgħa, bl-eżami mediku mistenni jsir illum.
Il-ftehim mistenni jinkludi klawsola favur Juventus li jakkwistaw il-plejer għal somma li tista’ titla’ għal €40 miljun. Kean skorja sitt gowls fi 13-il logħba fis-Serie A l-istaġun li għadda, filwaqt li skorja darbtejn fi tliet logħbiet mat-tim nazzjonali Taljan.
Dan il-ftehim għandu jfisser ir-raba’ akkwist għal Everton wara li akkwistaw lil Andre Gomes mingħand Barcelona, Jonas Lossl mingħand Huddersfield u Fabian Delph mingħand Manchester City.
//= $special ?>