Lokali

Evità l-bypass li tgħati għall-Wied ta’ bejn l-Imtarfa u r-Rabat

Ritratt: People who Like or Live in Rabat

Ftit tal-ħin ilu wied li jaqsam bejn l-Imtarfa u r-Rabat, magħruf bħala Wied tal-Marġ inħakem minn nirien kbar.

Skont kelliema għall-Pulizija, Net News kien infurmat li n-nar beda minn ħaxix niexef li hemm fl-istess wied.

Fuq il-post ġew imsejħa Membri tal-Protezzjoni Ċivili li qed jaħdmu biex jikkontrollaw in-nirien.

Wieħed hu nkoriġġat biex jevita t-triq minħabba l-ammont kbir ta’ duħħan kif ukoll il-vetturi ta’ tifi tan-nar li hemm fil-ġenb tat-triq. Jekk wieħed għandu jgħaddi minn din it-triq, wieħd għandu jsuq b’attenzjoni