Tifel ta’ 8 snin tilef ħajtu meta raġel imbotta lilu u lil ommu quddiem ferrovija li kienet dieħla fl-istazzjon ta’ Frankfurt.
Pulizija qalu li omm it-tifel ġiet imbuttata għal fuq il-linji tal-ferrovija imma rnexxiela titrembel fuq ġenb u salvat.
Xhieda qalu li l-persuna li nżamm mill-pulizija, prova jimbotta wkoll lil raġel ieħor hekk kif bdiet toqrob il-ferrovija, imma dan tal-aħħar irnexxielu jibqa’ fuq il-pjattaforma.
Is-suspettat għandu madwar 40 sena u ma kienx jaf lill-vittmi. Sa issa irrifjuta li jitkellem dwar il-mottiv wara l-azzjonijiet tiegħu.
Hu kien irnexxielu jaħrab minn fuq il-post u joħroġ mill-istazzjon, imma xi nies li kienu fil-viċin żammewh sakemm waslu l-pulizija.
Minħabba dan l-inċident, l-awtoritajiet għalqu sitta mill-pjattaformi għal diversi sigħat, Ii kkawżaw dewmien u saħansitra t-tħassir ta’ diversi vjaġġi.
//= $special ?>