Futbol Sport

Gżira v Ħamrun u Sirens v Senglea se jiftħu l-Kampjonat Premier

Id-disinn il-ġdid tat-trofew tal-kampjonat BOV Premier (Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Il-logħbiet bejn Gżira United u Ħamrun Spartans kif ukoll Sirens v Senglea Athletic se jagħtu bidu għall-istaġun 2019/2020 tal-Kampjonat Premier. Fl-ewwel ġurnata se jintlagħbu erba’ logħbiet il-Ġimgħa u tliet logħbiet is-Sibt filwaqt li t-tieni ġurnata tintlagħab bejn l-Erbgħa 28 u l-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu minħabba l-impenji tat-tim nazzjonali biex il-kowċ nazzjonali Ray Farrugia jkun jista’ jiġbor l-iskwadra qabel.

Fatt interessanti hu li kuntrarju għall-aħħar snin, id-Dipartiment tal-Kompetizzjonijiet tal-MFA se jkun qed joħroġ l-iskeda tal-logħob xahrejn b’xahrejn. Fost il-logħbiet l-aktar mistennija f’Settembru, id-derby bejn Valletta u Floriana se jintlagħab il-Ħadd 15 ta’ Settembru fit-8.00pm fl-Istadium Nazzjonali. id-derby tax-Xatt bejn Gżira United u Sliema Wanderers jintlagħab is-Sibt 14 ta’ Settembru fis-6.00pm fl-Istadium Nazzjonali u l-konfront bejn Birkirkara u Valletta jintlagħab is-Sibt 28 ta’ Settembru fil-5.00pm fl-Istadium Nazzjonali.

L-ewwel ġurnata

Il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu 2019

Stadium Nazzjonali: Gżira United v Ħamrun Spartans 6.30pm, Birkirkara v Floriana 8.30pm

Centenary Stadium: Sirens v Senglea Athletic 6.30pm, Valletta v Santa Lucia 8.45pm

Is-Sibt 24 ta’ Awwissu 2019

Stadium Nazzjonali: Tarxien Rainbows v Mosta 6.30pm, Balzan v Sliema Wanderers 8.30pm

Centenary Stadium: Gudja United v Hibernians 7.00pm

It-tieni ġurnata

L-Erbgħa 28 ta’ Awwissu 2019

Centenary Stadium: Senglea Athletic v Birkirkara 6.30pm, Hibernians v Tarxien Rainbows 8.45pm

Il-Ħamis 29 ta’ Awwissu 2019

Stadium Nazzjonali: Floriana v Balzan 6.30pm, Sliema v Valletta 8.30pm

Il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu 2019

Stadium Nazzjonali: Santa Lucia v Gżira United 6.30pm, Ħamrun Spartans v Gudja United 8.30pm

Centenary Stadium: Mosta v Sirens 7.00pm