Ma qatgħet xejn il-kritika għall-mod kif qed isir il-proġett tas-Central Link, u issa kien imiss lill-espert tal-ippjanar u l-ambjent Alfred E Baldacchino biex joħroġ jagħti ħasla lill-awtoritajiet dwar dan il-pjan…xprunat mill-Ministru Ian Borg.
Net News ħa l-kummenti tal-Ex Assistent Direttur għall-Protezzjoni tal-Biodiversità fid-Direttorat tal-Protezzjoni tal-Ambjent illi elenka numru ta’ problemi. Hu qal li proġett ma jsirx b’dan il-mod.
Hu spjega kif fil-laqgħa li kellha tkun ta’ konsultazzjonji deher ċar li d-deċiżjonijiet kienu ttieħdu, u li l-konsultazzjoni kienet fiergħa.
Alfred Baldacchino qal li l-mod kif irraġunaw l-awtoritajiet hija mentalità ta’ inġiniera, u ma jieħdux in konsiderazzjoni affarijiet oħra. Spjega kif l-inġiniera jitkellmu dwar is-siġar daqs li kieku arbli – taqla wieħed u ddeffes ieħor.
L-espert fl-ippjanar u l-immaniġjar tal-Ambjent qal li minbarra s-siġar hemm ekosistema sħiħa li se tkun qed tinqered. Parti minnha hija dij l-Minnistru rrefera għalih bħala ħaxix ħażin.
Alfred Baldacchino qal li huwa għalhekk lil l-ERA tilfet il-fiduċja tan-nies, u flimkien ma awtoritajiet oħra falliet lill-poplu Malti.
L-espert fl-ippjanar minbarra dan kollu wera wkoll id-dubji tiegħu dwar ir-rizultat aħħar fuq it-traffiku u saħaq li dan se joħloq bottleneck fiz-zona ta’ taħt is-Saqqajja.
L-espert ambjentali fi blog post tiegħu jistaqsi: “Jista’ xi ħadd b’kunxejnza vera nazzjonali, soċjali u ambjentali u mingħajr influwenza politika, jingħata tort, li jitlef kull fidi fl-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi?”
//= $special ?>