Lokali

Il-President ta’ Malta jħabbar kampanja ta’ għarfien dwar is-saħħa mentali

Il-President ta’ Malta, George Vella, flimkien mas-Sinjura tiegħu, illum għamlu żjara f’Richmond Foundation.

F’din il-laqgħa, inagħtaw id-dettalji kollha ta’ x’tagħmel ir-Richmond Foundation… NGO li ilha tgħin lil dawk milquta minn problemi ta’ saħħa mentali.

Il-President ta’ Malta faħħar ix-xogħol professjonali tal-ħaddiema kollha ta’ din l-NGO filwaqt li f’kummenti li ta lill-media preżenti… il-President ħabbar li se jkun qed joħloq inizzjattiva ġdida ta’ għarfien dwar dan is-suġġett kif ukoll jgħin biex minn għandu problema ta’ saħħa mentali. ma jiddejaqx jersaq il-quddiem u jitlob l-għajnuna.

Dan ser ikun qed isir wara konsultazzjoni li saret mal-Kummisarju għas-Saħħa Mentali John Cachia.

Id-dettalji mistennija joħorġu mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta fil-ġranet li ġejjin.


Ritratt: Martin Agius

Tkellimna ma’ Stephania Dimech Sant, il-Kap Eżekuttiv ta’ Richmond fejn qaltilna li Richmond Foundation tappoġġja nies li għandhom problemi ta’ saħħa mentali u dawk ta’ madwarhom, tul diversi aspetti tal-ħajja. Minbarra li joffru kura terapewtika, jgħinuhom biex jgħixu u jaħdmu b’mod indipendenti. Richmond bdiet topera fl-1993 u s-servizzi ta’ appoġġ imfassla apposta ta’ Richmond jvarjaw minn gruppi ta’ appoġġ u soluzzjonijiet ta’ għajxien assistit, għal programmi edukattivi u servizzi ta’ pariri;


Ritratt: Martin Agius

Villa Chelsea – l-ewwel proġett ta’ Richomnd li beda fl-1996.. li fiha jgħixu 12-il resident u 12 oħra li jużaw is-servizzi kuljum

Community Support Services – 22 sena ta’ servizz, 120 li jużaw u 18-il ħaddiem li jsegwu jgħinu nies fil-komunità li għadhom problemi ta’ saħħa mentali.

Supportive Housing Scheme – 28 appartament b’61 abitant li bdiet topera fl-1999 li toffri sussidju fil-kiri… Madanakolu Richmond stqarru li fl-aħħar ftit snin sabu problema kbira minħabba l-prezzijiet tal-propjetà li splodew filwaqt li sqtarru li l-gvern ma provdiex appartamenti tal-housing fl-aħħar 5 snin li qed jikkawża biex uħud jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.

Psychological Support Services – Linja tat-telefon 1770… Dan is-servizz huwa pprovdut lill-adolexxenti u lill-adulti li għandhom bżonn appoġġ psikoloġiku. Minbarra li toffri sessjonijiet individwali, tipprovdi wkoll terapija familjari. Servizz li ntuża minn 1,600 ruħ is-sena l-oħra.

Staff and Organisation Support Programme – 66 kumpanija madwar Malta u Għawdex tħeġġeġ u tgħin lill-impjegati tagħha biex jużaw is-servizzi fejn hemm bżonn iżda tgħati għarfien kontinwu dwar is-saħħa mentali. Din ġiet iffurmata fl-2001 u tipprovdi servizzi relatati mal-istress u s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol. L-għanijiet tagħha huma li tidentifika sorsi ta’ stress fi ħdan organizzazzjonijiet, timmassimizza l-benessri tal-impjegati u timminimizza l-okkorrenza ta’ diffikultajiet ta’ saħħa mentali. Hija tipprovdi wkoll taħriġ u tippromwovi l-aħjar prattiki biex tevita u tmexxi l-istress u problemi ta’ saħħa mentali fl-organizzazzjoni kollha u fl-impjegati individwali . 10 kumpanijji f’Malta issa wkol kisbu ċ-ċertifikat tal-Mental Health First Aid Skilled Workspace.

Hostels – 3 residenzi li se jitilgħu għal 5 fil-futur qarrib li jilqgħu fosthom residenti li jkunu għadhom kemm ħarġu mill-Isptar Monte Karmeli biex tingħata lilhom għajnuna biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà u jibdew ifendu għal rashom. L-ewwel hostel ta’ dan it-tip kienet infetħet fil-Furjana fl-2006.

Kids Development Programme – Il-programm residenzjali Kids In Development (KIDs) jappoġġja tfal li kellhom diffikultajiet emozzjonali u ta’ mġieba severi. Richmond jiffokaw u jgħinuhom jiżviluppaw annessi b’saħħithom, sens ta’ valur personali u żvilupp personali f’ambjent sigur. Dan il-programm ta’ 3 snin huwa mfassal għal tfal li għandhom bejn 7 u 10 snin meta jirreferuh. F’dan il-programm residenzjali, kull tifel jiġi stmat fl-oqsma kollha tal-bżonnijiet emozzjonali, fiżiċi, soċjali, edukattivi, psikoloġiċi u spiritwali tiegħu. Jingħata kura individwali, li huwa rivedut regolarment, huwa mfassal biex jiżgura approċċ olistiku u servizz effettiv.

Ritratt: Martin Agius

Ritratt: Martin Agius

Ritratt: Martin Agius