Lokali Qorti

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma li Claudette Buttigieg kellha raġun

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat li kienet bla bażi d-deċiżjoni li Claudette Buttigieg titwaqqaf milli tippreżenta l-programm tagħha Sellili fuq Television Malta.

Il-PBS kienet ħadet din id-deċizjoni wara li d-Deputat Nazzjonalista kienet iddikjarat il-kandidatura tagħha għall-elezzjoni ġenerali tal-2013.

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat id-deċiżjoni oriġinali tat-Tribunal Reviżorju Amministrattiv, li l-PBS tissospendi lil Claudette Buttigieg abbażi biss ta’ din id-dikjarazzjoni tmur kontra l-Liġi.

Fl-argumenti tagħha, Buttigieg kienet qalet li l-programmi tagħha ma kellhom l-ebda kontenut politiku, bil-Qorti tal-Appell, permezz tal-Maġistrat Anthony Ellul, ikkonfermat li d-deċiżjoni tal-PBS kienet tikser id-drittijiet tal-preżentatriċi.