It-tim nazzjonali Malti sofra t-tieni telfa minn Grupp B tal-EuroHockey III li qed jintlagħab f’Ġibiltà b’telfa ta’ 3-1 kontra s-Slovakkja. Ta’ min wieħed ifakkar li Malta qed tieħu sehem f’dan it-tournament biex tikseb l-esperjenza fix-xena internazzjonali hekk kif l-avversarji huma aktar kwotati.
Żewġ gowls fl-ewwel kwarta tal-logħba wittew it-triq għas-Slovakki. Matej Hruska fetaħ l-iskor wara seba’ minuti filwaqt li Zdenko Kovacevic irdoppja l-iskor minn azzjoni ta’ penalty korner. It-tim Malti skorja l-ewwel gowl f’dan it-tournament fid-49 minuta permezz ta’ Luke Bajada, sakemm Daniel Petras għalaq il-logħba seba’ minuti wara minn penalty korner.
Malta tilgħab l-aħħar logħba għada fil-11.15am kontra l-Kroazja li ġejjin minn rebħa ta’ 7-0 kontra s-Slovakkja u 5-0 kontra l-Portugall.
//= $special ?>