Raġel sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn makkinarju li kien qed jaħdem fuqu ġewwa fabbrika fil-Qasam Industrijali ta’ Kordin għall-ħabta tat-3 ta’ wara nofsinhar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lir-raġel ta’ 35 sena residenti l-Fgura u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza biex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>