Lokali

L-Aġenzija Appoġġ tikkunsidrah “persuna ta’ riskju għoli”

Raġel li hedded lis-sieħba tiegħu li kien se jgħerriqha f’għadira demm tpoġġa fuq probation ta’ sentejn. Fil-Qorti, kien ir-raġel stess li ammetta din l-akkuża fil-konfront tiegħu.

Ir-raġel, li għandu 42 sena, ġie akkużat li hedded lis-sieħba tiegħu u anke lit-tfal tagħha.

Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, intqal li r-raġel ġie kunsidrat bħala persuna ta’ riskju għoli mill-Aġenzija Appoġġ, wara argument jaħraq li kellu mas-sieħba tiegħu.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għas-sieħba tiegħu u wliedha.