Knisja Lokali

L-Arċisqof ikkonfermat bħala l-President tal-Kulleġġ tal-Appelli fis-Santa Sede

Il-Papa Franġisku flimkien mal-Arċisqof ta' Malta Charles J. Scicluna

Il-Papa Franġisku kkonferma għal terminu ieħor ta’ tliet snin is-servizz li l-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna jagħti bħala President tal-Kulleġġ fi ħdan il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi biex ikunu deċiżi l-appelli fi proċessi dwar offiżi serji.

Il-Kap tal-Knisja f’Malta kien inħatar President ta’ dan il-Kulleġġ speċjali fi ħdan is-Santa Sede fil-21 ta’ Jannar 2015.

Fit-13 ta’ Novembru li għadda, il-Papa ħatar ukoll lill-Arċisqof Malti bħala Segretarju Aġġunt tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.

Id-Digriet, maħruġ mis-Santa Sede fis-6 ta’ Ġunju li għadda, kien iffirmat mis-Segretarju tal-Istat, il-Kardinal Pietro Parolin.